Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran
View all images
No items found.
Finalist fil-Katergorija Traduzzjoni - Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2014

Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran

€7.00 
€5.00 
Price includes VAT, excludes delivery
Free local delivery

Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran ta' Eric Emmanuel Schmitt u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, D. es L. Dan hu t-tmiem ktieb tas-Sensiela Pubblikazzjoni Faraxa.

F'Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran insibu lill Schmitt jirrakkonta l-istorja mil-lenti tal-adult Momo li jħares lura lejn l-adoloxxenza u jiftakar fil-konverżazzjonijiet li kien ikollu max-xwejjaħ Ibrahim. Momo, trabba mingħajr omm u kellu lil missieru jbagħti bid-dipressjoni. Hu ltaqa' ma xwejjaħ Tork li kellu ħanut tal-merċa. Momo kien jisirqu kemm-il darba lit-Tork imma xorta waħda spiċċa biex irabbih meta missier Momo miet.

***

It-traduzzjoni hi arti fiha nnifisha, hi proċess kreattiv marbut ma' test barrani għat-traduttur. Is-sengħa li biha awtur imexxi test biex jgħaddi minn lingwa għal oħra tinvolvi għadd ta’ kompetenzi, fosthom l-għarfien sħiħ taż-żewġ ilsna. Il-Professur Toni Aquilina għandu l-ħila li jaqra t-testi b’għajn xjentifika daqskemm letterarja, u jistudja t-testi bħal sistema organika sħiħa u waħda, bil-partijiet kollha mdaħħlin fil-bini tat-test. It-traduzzjonijiet diversi tiegħu mill-Franċiż huma turija ta’ xogħol magħmul bi xjenza u b’arti, b’għarfien tekniku u b’rispett. Il-kelma Maltija tiegħu hi dejjem f’postha, imqiegħda b’għaqal biex mhux biss trodd it-tifsira tal-ewwel lingwa, imma wkoll biex tinserixxi ruħha fil-kumpless ġdid, it-test maħluq mit-traduttur. Aquilina jrodd testi li għandhom mhux biss rabta rispettuża mat-test ewlieni, imma wkoll identità propja, tant li jinħassu l-ħin kollu bħallikieku kienu testi oriġinali, miktubin bil-Malti. Bħala mgħallem tal-kelma, kemm Franċiża u kemm Maltija, huwa jagħżel il-kelma preċiża u jinseriha f’postha f’relazzjoni mal-kumplament.

F’dan ir-rumanz, Toni Aquilina qiegħed juri s-serjetà u r-reqqa tiegħu, fit-traduzzjoni tad-diskors dirett, tal-konverżazzjoni, minħabba li dan hu xogħol mibni fuq sensiela ta’ kwadratti li l-azzjoni tagħhomhi aktar irrakkontata bil-fomm tal-persunaġġi nfushom milli mwettqa b’mod fiżiku, reali. Il-ħeffa naturali tat-test oriġinali tinħass hawn ukoll, minnufih, bi kliem preċiż, b’idjoma li toħrġ dritt minn fomm il-persunaġġi ewlenin, li huma ftit imma li jokkupaw l-ispazju f’ġirja mingħajr waqfien ta’ġrajjiet traġiċi.

Din id-darba, aktar minn drabi oħrajn, Aquilina qiegħed joffri eżempju ta’ traduzzjoni li formalment hi xogħol narrativ, waqt li essenzjalment hi xogħol drammatiku, teatrali. Għal darb’oħra huwa qiegħed juri li l-ilsien Malti fl-idejn ta’ mgħallem ma għandu xejn nieqes biex ilaħħaq mal-ilsna l-kbar.

Oliver Friggieri

***

Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran by Eric Emmanuel Schmitt, translated into the Maltese language by Toni Aquilina, D. es L. This is the eighth book in the FARAXA Translation Series.

The play Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran is set in a working-class, Parisian neighborhood in the mid-20th century. A young Jewish boy who is growing up without a mother and with a depressed father, meets an elderly, Turkish, grocery store owner whom he regularly robs.  The pair, however, develop an unusual relationship. The elderly Turk adopts the young boy when the latter's father commits suicide . . . The play has also been adapted into a French movie starring Omar Sharif and directed by Francois Dupeyron.

Author:
Éric-Emmanuel Schmitt
Translated by:
Toni Aquilina
Illustrated by:
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
101
g
ISBN:
9789995748050
Is-sur ibrahim u l-fjuri fil-koran
Also available as an ebook

Similar titles

Oscar u s-sinjura r-roża / Oscar et la dame rose

Oscar u s-sinjura r-roża / Oscar et la dame rose

€7.50 
€6.00 
Il-Metamorfosi / The Metamorphosis

Il-Metamorfosi / The Metamorphosis

€9.75 
€7.00 
Meaulnes it-Twil / Le Grand Meaulnes

Meaulnes it-Twil / Le Grand Meaulnes

€9.00 
€5.00 
Passjoni Sempliċi / Passion Simple

Passjoni Sempliċi / Passion Simple

€8.95 
Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet / Lettera a un Bambino Mai Nato

Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet / Lettera a un Bambino Mai Nato

€9.95 
€6.00 
Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin / Many Lives, Many Masters

Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin / Many Lives, Many Masters

€13.00 
€9.00