Il-Metamorfosi / The Metamorphosis
View all images
No items found.
Finalist fil-Kategorija 'Traduzzjoni' fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Metamorfosi / The Metamorphosis

€9.75 
Price includes VAT, excludes delivery
Free local delivery

Il-Metamorfosi /The Metamorphosis ta' Franz Kafka, li kien meqjus wieħed mill-akbar awturi tal-letteratura tas-seklu għoxrin, hija l-istorja ta' raġel, li ttrasforma ruħu f'insett ġgantesk forma ta' wirdiena. W. H. Auden kiteb, "Kafka huwa importanti għalina għaliex is-sitwazzjonijiet li sab ruħu fihom huma l-istess bħan-nies tal-lum."

"L-arti kollha ta' Kafka hi dik li tobbliga lill-qarrej jaqra mill-ġdid. L-għeluq fix-xogħlijiet tiegħu, jew in-nuqqas tagħhom, jissuġġerixxu spjegazzjonijiet, iżda li ma jintwerewx b'mod ċar u jesiġu, sabiex jidhru msejsa tajjeb, li jerġgħu jinqraw minn angolu differenti. Xi mindaqqiet, fihom possibbiltà doppja ta' interpretazzjoni, li minħabba fiha jinħass il-bżonn ta' qari ripetut. Dan hu li jftittex jagħmel l-awtur. Imma jiżbalja min ikun irid jinterpreta kollox fid-dettal meta jaqra 'l Kafka. Simbolu dejjem jittieħed b'mod ġenerali u, p reċiża kemm tkun it-traduzzjoni tiegħu, artist irodd il-moviment li fih sa fejn jista' biss: ma teżistix traduzzjoni kelma għal kelma. Barra minn hekk, xejn mhu aktar diffiċli milli tifhem xogħol simboliku. Simbolu dejjem jisboq lil min jagħmel użu minnu u jġiegħlu jgħid fil-fatt aktar milli jkun konxju li esprima. F'dan ir-rigward, l-aktar mod żgur kif tifhmu, huwa dak li ma tipprovokahx, li x-xogħol tidħol għalih b'moħħ miftuħ mingħajr prekonċetti u bla na tfittex il-kurrenti sigrieti li fih. Għal Kafka, b'mod partikkolari, jixraq li dak li jkun joqgħod għal-logħba tiegħu, li jidħol ... għar-rumanz permezz tal-forma."

It-Tama u l-Assurd fix-Xogħol ta' Franz Kafka

Kitba ta' Albert Camus

***

Il-Metamorfosi /The Metamorphosis by Franz Kafka, who was regarded as one of the major figures of 20th-century literature,  is the story of a young man, who transformed overnight into a giant beetle-like insect. He became an object of disgrace to his family, an outsider in his own home, a quintessentially alienated man. W. H. Auden wrote, "Kafka is important to us because his predicament is the predicament of modern man."  

Il-Metamorfosi/The Metamorphosis was translated into Maltese by Manwel Cutajar and is the fourteenth book in the Faraxa Translation Series. It is available as a paperback edition.

Author:
Franz Kafka
Translated by:
Manwel Cutajar
Illustrated by:
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
162
g
ISBN:
978-99957-48-82-1
Il-Metamorfosi
Also available as an ebook

Similar titles

Antigona

Antigona

€8.50 
Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin / Many Lives, Many Masters

Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin / Many Lives, Many Masters

€13.00 
Il-Letteratura fit-Traduzzjoni / Literature in Translation

Il-Letteratura fit-Traduzzjoni / Literature in Translation

€15.00 
Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran

Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran

€7.00 
Is-Sajf / L'Eté

Is-Sajf / L'Eté

€8.00 
Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet / Lettera a un Bambino Mai Nato

Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet / Lettera a un Bambino Mai Nato

€9.95 
Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban / I Am Malala: The Girl Who Stood Up for Education and was Shot by the Taliban

Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban / I Am Malala: The Girl Who Stood Up for Education and was Shot by the Taliban

€15.00 
L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et Les Aveugles

L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et Les Aveugles

€8.50 
Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra

Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra

€9.95 
Passjoni Semplici / Passion Simple

Passjoni Semplici / Passion Simple

€8.00 
Il-Maqlub u s-Sewwa  / L'Envers et l'Endroit

Il-Maqlub u s-Sewwa / L'Envers et l'Endroit

€9.99