Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin / Many Lives, Many Masters
View all images
No items found.

Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin / Many Lives, Many Masters

€13.00 
€9.00 
Price includes VAT, excludes delivery
Free local delivery

Many Lives, Many Masters / Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin huwa każ affaxxinanti li dawru l-ħajja ta' Catherine u Dr Weiss għal kollox. Ta' psikoterapista tradizzjonali li kien, Dr Brian Weiss baqa' mistagħġeb u xettiku fl-istess ħin meta waħda mill-pazjenti tiegħu bdiet tiftakar trawmi li kellha fil-ħajjiet imgħoddija tagħha u li dehru joffru s-soluzzjoni għall-attakki ta' ansjetà u ħmar il-lejlijiet li kienu jaqbduha. Ix-xettiċiżmu tiegħu telqu għal kollox, madankollu, meta hi bdiet tittrasmetti messaġġi mill-'ispazju bejn ħajja u oħra,' li kien fihom rivelazzjonijiet tal-għaġeb dwar il-familja u t-tifel mejjet ta' Dr Weiss. Bl-użu tal-ħajjiet imgħoddija bħala terapija, hu seta' jfejjaq 'il-pazjenta u jidħol f'fażi ġdida u aktar sinifikanti tal-karriera tiegħu.

"Dan il-ktieb, miktub sabiħ u jġagħlek taħseb, jegħleb il-barrieri tal-psikoterapija konvenzjonali u joffri trattament innovattiv u effettiv tabilħaqq. Hu għandu jittieħed bis-serjetà minn dawk involuti fil-professjoni tas-saħħa mentali."

Edith Fiore, Ph.D., psikologa klinika u awtriċi ta' You Have Been Here Before

"Rakkont tassew kommoventi ta' wieħed li jistenbaħ spiritwalment bla mistenni. Dal-ktieb kuraġġuż tabilħaqq fetaħ il-bieb għal żwieġ bejn ix-xjenza u l-metafiżika. Dinja mġewħa għal ikel tar-ruħ ma tgħaddix mingħajr ma taqrah."

Jeanne Avery, awtriċi ta' Astrology and Your Past Lives

"Storja ta' każ affaxxinanti li tikkonferma s-siwi ta' ħajjiet imgħoddija bħala terapija. Dal-ktieb jiftaħ bibien għal ħafna li qatt ma kkunsidraw l-validità tar-riinkarnzzjoni."

Richard Sutphen, awtur ta' Past Lives, Future Loves u You Were Born Again to Be Together

Brian L. Weiss, M.D., huwa psikjatra, li jgħix u jipprattika f'Miama, Florida. Huwa ggradwa mill-Università ta' Columbia u l-Iskola Medika ta'Yale, u hu ċ-Ċerman Emeritus tal-Psikjatrija fiċ-Ċentru Mediku ta' Mount SInai f'Miami. Dr Weiss għandu klinika privata f'Miami u jmexxi seminars internazzjonali u workshops ibbażati fuq l-esperjenza kif ukoll programmi ta' taħriġ għall-professjonisti. Huwa wkoll l-awtur ta' Through Time into Healing u Same Soul, Many Bodies fost oħrajn. Is-sit elettroniku tiegħu huwa www.brianweiss.com

***

Dr Brian Weiss had been working with Catherine, a young patient, for 18 months. Catherine was suffering from recurring nightmares and a chronic anxiety state. When his traditional methods of therapy failed, he turned to hypnosis and was astonished although skeptical when Catherine began recalling past-life traumas which seemed to hold the key to her current problems. Weisss skepticism eroded when Catherine began to channel messages from the space between lives, which also contained remarkable revelations about his own life. Acting as a go-between for information from highly evolved spirit entities called the Masters, Catherine revealed many secrets about life and death.

This fascinating case which dramatically altered the lives of Catherine and Dr. Weiss, provides important information on the mysterious workings of the mind, the continuation of life after death and the influence of our past life experiences on our present behavior.huwa Many Lives, Many Masters / Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin was translated from English into Maltese by Joanne Micallef and Toni Aquilina, Ph.D.


About the Author

Brian Weiss, M.D., lives and practices in Miami, Florida. He is a graduate of Columbia University and Yale Medical School, and is the former Chairman of Psychiatry at Mount Sinai Medical Center. He is the author of other international bestsellers including Through Time into Healing, Messages from the Masters; and Same Soul, Many Bodies (all published by Simon & Schuster).

Author:
Brian Weiss
Translated by:
Toni Aquilina & Joanne Micallef
Illustrated by:
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
291
g
ISBN:
9789995700706
hafna hajjiet hafna mghallmin
Also available as an ebook

Similar titles

Antigona

Antigona

€8.50 
€5.50 
Anne Frank: Id-Djarju ta' Tfalja

Anne Frank: Id-Djarju ta' Tfalja

€18.95 
€17.95 
Il-Letteratura fit-Traduzzjoni / Literature in Translation

Il-Letteratura fit-Traduzzjoni / Literature in Translation

€15.00 
€8.00 
Il-Maqlub u s-Sewwa  / L'Envers et l'Endroit

Il-Maqlub u s-Sewwa / L'Envers et l'Endroit

€9.99 
€8.00 
Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet / Lettera a un Bambino Mai Nato

Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet / Lettera a un Bambino Mai Nato

€9.95 
€6.00 
Il-Metamorfosi / The Metamorphosis

Il-Metamorfosi / The Metamorphosis

€9.75 
€7.00 
Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran

Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran

€7.00 
€5.00 
Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban / I Am Malala: The Girl Who Stood Up for Education and was Shot by the Taliban

Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban / I Am Malala: The Girl Who Stood Up for Education and was Shot by the Taliban

€15.00 
Is-Sajf / L'Eté

Is-Sajf / L'Eté

€8.00 
€7.00 
Meaulnes it-Twil / Le Grand Meaulnes

Meaulnes it-Twil / Le Grand Meaulnes

€9.00 
€5.00 
Malta Ħanina

Malta Ħanina

€15.00 
€10.00 
Passjoni Sempliċi / Passion Simple

Passjoni Sempliċi / Passion Simple

€8.95 
L-Alla tal-Ħerba / Le Dieu du Carnage

L-Alla tal-Ħerba / Le Dieu du Carnage

€8.00 
€6.50 
L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et Les Aveugles

L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et Les Aveugles

€8.50 
€7.00