Nimirħu maż-Żmien / Time-Faring
View all images
No items found.
Finalist fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2014 - Kategorija Traduzzjoni

Nimirħu maż-Żmien / Time-Faring

€7.50 
€6.50 
Price includes VAT, excludes delivery
Free local delivery

F'Nimirħu maż-Żmien, Marlene Saliba tivvjaġġa poetikament lejn il-kożmos għax tħossha parti minnu. Il-perfezzjoni li ssib fil-kożmos hija riflessa fil-vokabularju użat bl-aktar mod metikoluż. Barra l-ħsieb mirqum u l-għażla wiesgħa ta' forom metriċi, it-terminoloġija rikka toħloq versi mużikali xi waqtiet imsaħħrin bir-rima flimkien ma' għadd kbir ta' xbihat meħudin l-aktar min-natura u mill-univers bħall-kwiekeb, is-siġar, ix-xmajjar, il-baħar, is-sema u l-irjieħ. Dawn ix-xbihat huma xhieda tat-tiftixa kontinwa għall-qofol tal-eżistenza, 'il hinn minn kulma hu tranżitorju u għalhekk mhux essenzjali.

***

Meta Saliba tikkomunika b'dan il-mod, toħloq dinja mistika u sagra. Madakollu din id-dinja jgħix fiha kull bniedem komuni u jġarrabha. Iżda hija dinja eterna u infinita fl-istess ħin. Marlene Saliba hija istintiva fl-espressjoni poetika u t-toroq li sserrep fihom ilaqqgħuha xi drabi ma' nies komuni bħal Kiela, il-bejjiegħa tal-ħaxix, jew xi membru tal-familja, u drabi oħra ma' ħlejjaq li nafuhom biss mil-leġġendi preistoriċi. Il-qarrej jgħaddi minn taħlita ta' esperjenzi psikoloġiċi, reliġjużi, storiċi u l-bqija - esperjenzi li ġġarrabhom kemm iġġarrabhom, donnok dejjem qed iġġarrabhom għall-ewwel darba.

Dr Josette Attard

Il-memorja kollettiva, il-wirt ta' tifkira mitwielda, is-sejba tal-motivi arketipiċi mitwielda f'kulħadd: fl-għarfien ta' dan kollu Marlene Saliba tagħraf lilha nnifisha bħala abitanta moderna daqskemm bikrija, wild art twelidha daqskemm wild l-univers.

Prof. Oliver Friggieri

***

In Nimirħu maz-Żmien / Time-Faring, Saliba journeys poetically through the cosmos and the perfection found in it is well reflected in the meticulous way in which she has employed her vocabulary. Besides very finely polished ideas and a wide variety of metric forms, Saliba presents rich terminology in these poems that results in musical verses which leave one struck with awe in at the rhymes employed and symbolic imagery used, most of which relates to nature and the universe such as stars, trees, rivers, seas, the sky and the winds. This kind of imagery reflects the search of humankind for the essence of its existence beyond that which is transitory and inessential.

Author:
Marlene Saliba
Translated by:
Marlene Saliba
Illustrated by:
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
161
g
ISBN:
9789995748036
nimirhu maz-zmien
Also available as an ebook

Similar titles

In Her Element

In Her Element

€8.00 
€6.00 
A Land in the Storytelling Sea: A North American in Malta

A Land in the Storytelling Sea: A North American in Malta

€18.00 
One Compulsive Desire

One Compulsive Desire

€7.00 
€5.00 
Gozo Gems

Gozo Gems

€7.50 
€6.00 
Second Glances at Gozo

Second Glances at Gozo

€7.50 
€6.00