Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)
View all images
No items found.
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)

Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)

€18.95 
Price includes VAT, excludes delivery
Free local delivery

Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2) huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tielet karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:

Taqsima A: ir-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonniċi;

Taqsima B: għażla ta’ novelli mill-ktieb Xemgħat ta’ Trevor Żahra;

Taqsima Ċ: id-dramm Karnival ta’ Francis Ebejer.

Is-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut. Hawn wieħed isib saġġi ta’ natura tematika li jittrattaw il-livell simboliku u soċjali, imma anki t-tema tal-ambizzjoni (fil-każ ta’ Ħelsien), flimkien ma’ introduzzjoni ġenerali, analiżi kritika, fejn u kif isseħħ il-ġrajja, ir-rabta bejn il-passat u l-preżent, riflessjonijiet oħra, u saġġ dwar l-importanza tal-Psikoloġija f’rabta mal-istudju tal-Letteratura Maltija (fil-każ ta’ Karnival). Huma inklużi wkoll siltiet importanti, kemm mir-rumanz ta’ Ġużè Bonnici kif ukoll mid-dramm ta’ Francis Ebejer, u xi mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti jirriflettu u jipproduċi l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20.

Rigward in-novelli ta’ Trevor Żahra il-qarrejja ta’ dan il-ktieb se jsibu żewġ intervisti mal-kittieb Trevor Żahra, u kummenti dwar kull novella, flimkien ma’ xi mistoqsijiet ta’ natura tematika u stilistika li jgħinu lil dak li jkun jirrifletti dwar it-test inkwistjoni.

L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda r-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici.

 

Author:
Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut
Translated by:
Illustrated by:
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
411
g
ISBN:
9789995796327
il-ktieb tal-malti fil-livell avvanzat u intermedu: taghrif u tahrig (2)
Also available as an ebook

Similar titles

Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1)

Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1)

€21.95 
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1) & (2)

Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1) & (2)

€40.90 
€37.90