Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws / The Life and Adventures of Santa Claus
View all images
No items found.

Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws / The Life and Adventures of Santa Claus

€8.00 
Price includes VAT, excludes delivery

Il-Ħajja u l-Avventuri ta Santa Klaws / THe Life and Adventures of Santa Claus ta' Frank L. Baum u maqlub għall-Malti minn Matthew Scerri. L-ewwel edizzjoni ta' dan il-ktieb ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata għadu wieħed mill-iktar kotba popolari ta' Baum, tant li fl-aħħar mija u għaxar snin kellna diversi edizzjonijiet tiegħu.

Ir-rakkont jibda mill-mument tal-addozzjoni tiegħu mill-Fatina Neċile fil-Foresta ta' Burzee u jkompli pass pass tul ħajtu kollha: il-wasla f'Wied il-Għors; il-ħdim tal-ġugarelli għat-tfal; il-ksib tal-immortalità u ħafna episodji oħrajn. L-istil hu wieħed mexxej u b'sempliċità Baum jispjega lill-qarrejja l-bidu tat-tradizzjonijiet kollha marbuta mal-Milied, bħal pereżempju s-siġra tal-Milied. Għalkemm Baum dejjem emmen li l-vjolenza m'għandhiex ikollha post fil-kotba tat-tfal, f'Il-Ħajja u l-Avventuri ta Santa Klaws hemm aspetti daqsxejn mudlama u vjolenti fil-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Kollox ma' kollox il-mertu kbir ta' Baum hu dak li ddeskriva lil Santa Klaws b'mod mill-aktar ħaj, iwassalna biex insiru nafuh aktar mill-qrib u fl-istess ħin jgħaddilna tagħlima morali.

"Hekk dan ir-raġel, bit-tjubija kbira tiegħu, rebaħ il-qalb ta' kulħadd; u mhix ħaġa tal-iskantament li kien dejjem kuntent u ferħan, għax ma kienx hemm dar fid-dinja kollha fejn ma kienx jiġi milqugħ aħjar mill-aqwa re."

***

Il-Ħajja u l-Avventuri ta Santa Klaws ​(​The Life and Adventures of Santa Claus​) by Frank L. Baum was translated into Maltese by Matthew Scerri, Ph.D. Illustrations were done by Mario Portelli. The first edition of The Life and Adventures of Santa Claus appeared for sale in 1902. To this day, it remains one of the most popular books ever written by Baum, to the extent that many different editions of this work have been published. A graphical romance, two animated cartoons and a series of animations based on this book were also published.

Author:
Frank L. Baum
Translated by:
Matthew Scerri
Illustrated by:
Mario Portelli
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
258
g
ISBN:
978-99957-040-63
il-hajja u l-avventuri ta' santa klaws
Also available as an ebook

Similar titles

Elfis, the Singing Elf

Elfis, the Singing Elf

€5.50 
Kumewawa: Iben il-Ġungla

Kumewawa: Iben il-Ġungla

€6.50 
Avventura fi Żmien il-Milied

Avventura fi Żmien il-Milied

€4.25